Resqu Viċin Tagħha Waqt Li Kienet Qed Tikteb Fuq Il-Laptop… Aktar Dwar Ix-Xhieda Tal-‘Koħħu’

 Resqu Viċin Tagħha Waqt Li Kienet Qed Tikteb Fuq Il-Laptop… Aktar Dwar Ix-Xhieda Tal-‘Koħħu’

Fil-ġurnali llum tkompla jkun irrapurtat dwar ix-xhied ata’ Vince Muscat il-koħħu fil-qorti lbieraħ.

Fost oħrajn intqal li meta marru billejl biex jisparawlha, darba minnhom, resqu anke viċin fejn Daphne Caruana Galizia kienet qed tikteb fuq il-laptop fis-sigħat bikrin tal-jum.

Intqal li kienu marru b’azzarin iżda l-pjan sfaxxa għaliex George Degiorgio kien beża’ li jinqabad f’xi ‘road block’ u għalhekk jitwaqqaf il-pjan.

Issemma’ wkoll li Muscat u Alfred Degiorgio kienu jsegwu lil Daphne f’kafetterija fin-Naxxar u anke darba minnhom meta daħlet il-Phoenicia fi żmien in-Notte Bianca.

Minn hemm ‘il quddiem, il-pjan li tinqatel bi sparatura tbiddel għal dak b’bomba.

Ritratt: One News

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com