Servizz Ta’ ‘Childcare’ Għal Tfal Ta’ Ġenituri Li Huma Ħaddiema Essenzjali

 Servizz Ta’ ‘Childcare’ Għal Tfal Ta’ Ġenituri Li Huma Ħaddiema Essenzjali

Il-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi nediet servizz ta’ ħarsien tat-tfal għal dawk li l-ġenituri huma kkunsidrati bħala ħaddiema essenzjali.

Il-Ministru Justyne Caruana spjegat kif dan qed isir hekk kif l-iskejjel ingħalqu sal-11 t’ April minħabba l-pandemija.

Is-servizz, li se jibda minn għada, huwa offrut għal tfal minn trabi sa dawk li qegħdin Form 2, u huma offruti mit-Tnejn sal-Ġimgħa.

Għal dawk li għandhom tliet snin jew inqas, is-servizz se jkun bejn is-07:30 u l-16:00, filwaqt li għal dawk li qegħdin Kinder sa Form 2, is-servizz huwa offrut mis-07:00 sas-18:00.

Is-servizz ta’ ħarsien tat-tfal għal dawk minn tliet snin ‘l isfel se jsir f’Sardinella ‘Childcare Centre’ li jinsab f’San Ġwann, filwaqt li dawnk minn Kinder sa Form 2 se jkunu milqugħa f’FES Marija Bambina ‘Junior College’, FES San Ġużepp MCAST Raħal Ġdid u FES MCAST Għawdex.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com