S’Issa L-Eżamijiet Se Jsiru Fl-Iskejjel Hekk Kif Jiftħu – Frank Fabri
Is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Edukazzjoni Frank Fabri qal li l-eżamijiet se jsiru hekk kif jiftħu l-iskejjel, fl-iskejjel stess.
F’intervista waqt TVAM, Fabri qal li jekk is-sitwazzjoni tal-pandemija tibqa’ kif inhi u l-iskejjel jibqgħu magħluqin qed jiġu kkunsidrati għażliet oħrajn. Huwa spjega wkoll li l-istudenti jaħdmu karta tal-eżami d-dar f’każ li l-iskejjel ma jinfetħux u jingħataw marka li ma tkun marka ta’ eżami.
Spjega li jekk l-iskejjel jiftħu fit-12 ta’ April kif pjanat, l-eżamijiet se jsiru normali, nkluż il-‘mocks’.
Frank Fabri qal li l-attendenza online tal-istudenti telgħet minn 75% għal 86%.