Tilef Ħajtu Wara Li Tfixkel Fit-Taraġ U Waqa’

Raġel Amerikan ta’ 59 sena tilef ħajtu wara li l-Ġimgħa filgħaxija tfixkel fit-taraġ u waqa’ fl-Isla.
L-inċident seħħ fi blokka li qiegħda f’Misraħ Dom Mawru Inguanez.
Tim mediku ssejjaħ fuq il-post u ta l-assistenza tiegħu, bil-vittma jiġi ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Il-Maġistrat tal-Għassa ħatret inkjesta dwar il-każ.