UEFA Ewropa League – United Kontra Milan L-Aktar Attraenti

 UEFA Ewropa League – United Kontra Milan L-Aktar Attraenti

Illum jibda jintlagħab il-logħob mir-rawnd tal-aħħar sittax tal-UEFA Ewropa League bl-aktar partita bla dubju mistennija hija dik f’Old Trafford bejn Manchester United u Milan.

Ir-red devils ser ikunu mingħajr Marcus Rashford u Edison Cavani li jinsabu imweġġgħin. Anke Zlatan Ibrahimovic mistenni li jitlef l-konfront kontra l-ex tim tiegħu minħabba li wkoll jinsabu imweġġa. Milan vjaġġaw lejn l-Ingilterra mingħajr ukoll Theo Hernandez, Ismael Bennacer, Hakan Calhanoglu, Ante Rebic u Mario Mandzukic. Din il-partita tibda fil-18.55.

Fl-stess ħin jintlagħbu wkoll Ajax kontra Young Boys, Dynamo Kiev kontra Villareal u SK Slavia Prague kontra Rangers.

Aktar tard illejla jkollna erba partiti interessanti oħra li jinkludu Roma vs Shaktar Donetsk, Granada vs Molde, Olympiacos Piraues vs Arsenal u Tottenham kontra Dinamo Zagreb.

 

Ritratt: manutd.com

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com