Via Sagra Drive-Thru F’San Ġwann Għall-Ġimgħa Mqaddsa

Minħabba l-pandemija ġew kanċellati l-attivitajiet relatati mal-Ġimgħa Mqaddsa, il-Kunsill ta’ San Ġwann ħa l-inizjattiva biex jorganizza Via Sagra drive-thru matul il-ġimgħat li ġejjin.
Il-Via Sagra se tkun tixgħel u saret minn Daniele Armeni flimkien ma’ NGO’s lokali, b’hekk wieħed jista’ jgħaddi bil-karozza tiegħu u jidħol fl-ispirtu tal-Ġimgħa Mqaddsa xorta waħda waqt li jkun qed josserva l-miżuri tal-Awtoritajiet tas-Saħħa.