Well Done Nevin!! – “Jekk temmen fik innifsek tasal”.. Wara L-ewwel Call-Up Man-Nazzjonal
Il-Ħamis il-Kowċ Nazzjonali Malti Devis Mangia sejjaħ skwadra ta’ 30 player għall-ewwel impenji ta’ Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja, Qatar 2020.
Malta tilgħab home fl-Istadium Nazzjonali kontra r-Russja nhar l-Erbgħa 24 ta’ Marzu, qabel impenn doppju ‘away’ kontra l-Kroazja u s-Slovakkja.
In-novita ewlenija fl-iskwadra msejħa kien il-winger ta’ Gżira United, Nevin Portelli, wieħed minn ħames players tal-Maroons fl-iskwadra Nazzjonali (ritratt – Gżira United FC), l-oħrajn huma Steve Pisani, Nikolai Muscat, ukoll novita għalkemm ġili ssejjaħ qabel, Dexter Xuereb u l-blata fid-difiża għal Malta, Steve Borg.
Nevin qed ikollu staġun tajjeb ma’ Gżira United wara li l-istaġun li għadda lagħab ma’ Tarxien Rainbows.
Riċentament anke skorja goal tal-istampi fir-rebħa 4-0 li t-tim tiegħu kiseb fuq Żejtun Corinthians.
Anke lagħab sa ftit ilu mat-Tim Malti ta’ Taħt il-21 sena.
“M’inix sorpriż b’din il-call-up, minflok kuntent ħafna li fl-aħħar ix-xogħol tiegħi qed jiġi showcased.
“Sodistatt bil-wirjiet tiegħi fil-Kampjonat, naf li l-kowċ Nazzjonali jsegwi kważi kull partita u allura jekk taħdem ir-riżultati jaslu u żgur tiġi nnuttat, ħdimt ħafna għal din il-call-up u issa ninsab hawnhekk.
“Nirringrazzja ħafna lil Gżira United, il-players kollha, kowċ Darren (Abdilla) u l-kumplament tat-technical staff insib ħafna għajnuna minn għandhom, issa l-Kampjonat huwa diffiċli li nerbħuħ iżda qatt ma’ naqta qalbi u t-tiġrija sal-barkun.
“Nittama li nuża bl-aħjar mod din l-esperjenza mat-Tim Nazzjonali, nittrenjaw tajjeb inkunu rejalistiċi dawn tliet logħbiet diffiċli, iżda se nagħtu l-almu tagħna biex imorru tajjeb u nagħmlu lil kulħadd kburi bit-Tim Nazzjonali Malti”, temm jgħid il-player ta’ Gżira United, Nevin Portelli.