15-Il Każ Pożittiv – It-Total Jinżel Għal 422 Każ Attiv
Illum instabu 15-il każ ġdid ta’ persuni pożittivi għall-Covid-19 filwaqt li fiequ 58 persuna oħra. Dan jawgura tajjeb u juri li l-ħidma li saret f’dawn l-aħħar ġimgħat ħalliet il-frott mixtieq.
Issa, l-ammont totali ta’ persuni bil-Coronoavirus f’pajjiżna huwa ta’ 422. Sal-bieraħ ingħataw 313,279 doża tal-ewwel vaċċin filwaqt li minnhom, 100,686 ingħataw diġà t-tieni doża.
F’pajjiżna, mill-bidu tal-pandemija sal-lum, tilfu ħajjithom 413-il persuna waqt li kienu pożittivi għall-virus.
Mill-bidu tal-pandemija f’Marzu tal-2020 sal-lum, instabu b’kollox 30,189 każ pożittiv.