20% Tal-Maltin Għadhom Ma Jaqblux Li Persuni LGBTIQ Għandhom Drittijiet Bħal Persuni Eterosesswali

 20% Tal-Maltin Għadhom Ma Jaqblux Li Persuni LGBTIQ Għandhom Drittijiet Bħal Persuni Eterosesswali

Minkejja leġiżlazzjoni maħsuba biex tiżgura li s-soċjetà Maltija tkun soċjetà ħielsa minn kull forma ta’diskriminazzjoni, 20% tal-Maltin għadhom ma jaqblux li persuni omosesswali, lesbjani u bisesswali għandhom ikollhom l-istess drittijiet bħal persuni eterosesswali, u 80% jemmnu li hemm xi ħaġa ħażina f’relazzjoni sesswali bejn żewġ persuni tal-istess sess.​

Is-Sa Laiviera enfasizzat li f’dan il-kuntest, il-proġett E4D għandu l-għan li jindirizza din is-sitwazzjoni attwali f’Malta rigward diskriminazzjoni lejn persuni LGBTIQ+ permezz ta’ inizjattivi li jqajmu għarfien, isaħħu l-kapaċità, u t-twettiq ta’ riċerka kwalitattiva. Dan intqal fi stqarrija mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE).

Fid-dawl tal-avvanzi leġislattivi sinifikanti relatati mal-qasam tal-LGBTIQ+ li seħħew fi żmien relattivament qasir, l-NCPE) bi sħab mal-Allied Rainbow Communities (ARC) identifikat il-ħtieġa li tindirizza l-impatt soċjali u kulturali ta’ tali bidliet permezz ta’ sett ta’ inizjattivi bħala parti mill-proġett ko-finanzjat mill-UE’ Empowerment for Diversity’ (E4D). Dan il-proġett li beda f’April 2020 u se jibqa’ għaddej sal-31 ta’ Marzu 2022, jiffoka fuq l-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru, il-karatteristiċi tas-sess u l-espressjoni tal-ġeneru

Dan il-webinar serva sabiex jitnieda l-proġett u jinforma lill-pubbliku inġenerali, lill-partijiet interessati u lill-gruppi kkonċernati dwar il-miri, ir-riżultati mistennija u l-inizjattivi li għandhom jittieħdu permezz ta’ dan il-proġett.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com