Bħal-Lum 63 Sena Ilu Agatha Barbara Spiċċat Il-Ħabs

 Bħal-Lum 63 Sena Ilu Agatha Barbara Spiċċat Il-Ħabs

Kien it-28 t’April tal-1958 meta f’pajjiżna kien hawn ġenn kbir, kommossjoni u protesti. Bħal-lum, il-general Workers Union kienet ordnat strajk nazzjonali kontra s-sensji mit-tmexxija Ingliża, liema istrajk kien suċċess kbir għax dakinhar Malta tassew waqfet kompletament.

Mhux biss in-nies tas-servizzi u n-nies tal-gvern waqfu mix-xogħol, imma anki tal-ħwienet u dawk tat-trasport. Iżda għalkemm l-istrajk kien suċċess, ma ġiex bi prezz irħis għax il-ġrajjiet ta’ dakinhar tniżżlu fl-istorja ta’ Malta.

Kien irreżenja wkoll il-Gvern Laburista wara li l-Gvern Ingliż ma riedx jidħol responsabbli għas-sensji li kienu se jingħataw mis-Servizzi Ingliżi.

Bosta kienu l-uffiċjali tal-GWU u tal-Malta Labour Party li spiċċaw il-ħabs fosthom Agatha Barbara li kienet Ministru tal-Edukazzjoni kif ukoll it-Tabib Albert V. Hyzler li kien Ministru tas-Saħħa f’dak iż-żmien.

Interessanti li l-istoriċi, iqisu din il-ġrajja bħala l-bidu għat-talba biex Malta ssir Indipendenti.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com