Anzjan Irreżista Lill-Ħalliel Li Daħal Jisraq Ħanut
Anzjan ta’ 70 sena minn Ħal Tarxien irreżista raġel li pprova jisraq il-ħanut li kien qed jieħu ħsieb.
Il-każ seħħ il-Ġimgħa filgħaxija fi Triq San Luqa f’Wied il-Għajn.
Skont stqarrija tal-Pulizija ingħad li l-ħalliel daħal fil-ħanut għall-ħabta tat-20:15, qabad sikkina u hedded lill-kaxxier biha, filwaqt li ordnalu jtih il-flus.
Iżda l-kaxxier ma beżax minn dan kollu u rrifjuta li jobdi lill-ħalliel.
Jidher li b’reazzjoni għal dan, kien hemm ġlieda bejn iż-żewġ persuni, bl-anzjan iweġġa’ u kellu jirċievi trattament mediku f’ċentru tas-saħħa li kien hemm fil-viċin.
Il-Pulizija qalet li l-ħalliel telaq jiġri bi ftit muniti.