Fil-Verità L-Maltin Isumu Bħal-Lum Jew Sempliċi Ma Jieklux Laħam?

 Fil-Verità L-Maltin Isumu Bħal-Lum Jew Sempliċi Ma Jieklux Laħam?

Bħal donnu jekk tigdem biċċa laħam illum qed tidgħi. Ikun hemm min anke jiksrek. Imbagħad jekk jarawk bil-ħelu?  Ħoll xagħrek u ġib iż-żejt.

Imma fil-verità, x’jiswa li ma tiekolx ħelu u laħam u tbiċċer lil ta’ quddiemek bi lsienek? Jew tivvinta xi qlajja fuq ħaddieħor? Jew titkaża bi żball li għamel dak jew għamlet l-oħra?

Għadu lok li nikkundizzjunaw lin-nies x’jagħmlu, meta hemm affarijiet iżjed sempliċi li nemmnu li Alla veru jridhom iżjed u li jibdew minna nfusna, u ma nagħmluhomx?

Imbagħad ejja ngħidu kollox, forsi laħam u ħelu ma nieklux, imma kull platt nivvintawh illum. Allura dan mhux sawm imma bidla fl-ikel, mhux hekk?! Ejjew ma nkunux ipokriti u nħallu lil kulħadd jagħmel hu. Min kiel laħam ma jfisirx li lil Alla jħobbu inqas. Tad-daħq dan l-argument! Qed ngħidu ħażin?

Ovvjament, min irid ma jiekolx laħam jew ħelu, għandu dritt ukoll!

Intom x’taħsbu dwar dan?

Ritratt: HuffPost

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com