Ara Kif Tista’ Tivvota Għat-Tenur Joseph Calleja

 Ara Kif Tista’ Tivvota Għat-Tenur Joseph Calleja

Il-festival mużikali Musiques en fete se jiċċelebra l-10 anniversajru tiegħu,  għal dan il-għan, il-pubbliku qed jingħata l-opportunità biex jivvota għall-iktar kanzunetta favorita tiegħu.

B’kollox hemm 10 għażliet, deskritti bħala leġġendarji, u fosthom hemm Nessun Dorma mill-opera Turandot ta’ Giacomo Puccini, interpretata mit-tenur Malti Joseph Calleja.

Sabiex tivvota għal Calleja, trid tidħol hawnhekk, tagħfas fuq ir-ritratt tat-tenur Malti, u wara tagħfas fuq il-buttuna ċelesta bil-kliem ‘Valider’.

Ritratt: Joseph Calleja / Facebook

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com