Arrestat Ġuvni B’Rabta Ma’ Serqa F’Ħal Tarxien

 Arrestat Ġuvni B’Rabta Ma’ Serqa F’Ħal Tarxien

Fi stqarrija maħruġa mill-Pulizija ta’ Malta ingħad lif fl-aħħar ħin Pulizija mill-Għassa ta’ Raħal Ġdid arrestaw ġuvni ta’ 20 sena, b’rabta ma’ serqa li seħħet f’Ħal Tarxien. Jidher li din is-serqa seħħet f’ħanut fit-23 ta’ Marzu 2021.

Għall-ħabta tat-tmienja neqsin kwart ta’ filgħodu, nhar it-23 ta’ Marzu, il-Pulizija kienet ġiet infurmata bis-serqa u marru immedjatament fuq il-post.

Mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li nsterqu ammont ta’ oġġetti li jammontaw għall-eluf ta’ ewro. Minn aktar stħarriġ li sar l-allegat ħalliel ġie identifikat u bdiet tfittxija għalih. Huwa ġie arrestat fir-residenza tiegħu u minn tfittxija li saret instabu l-oġġetti li kienu rrapurtati nieqsa.

Illum, il-ġuvni tressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr. Claire Stafrace Zammit LL.D, fejn wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u ingħata l-ħelsien mill-arrest b’diversi kundizzjonijiet sakemm tingħata is-sentenza.

Ritratt fittizju: www.liverpoolecho.co.uk/

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com