Attent! Bejgħ Ta’ Testijiet Foloz Tal-Covid-19

Il-Pulizija bdiet investigazzjoni dwar testijiet foloz tal-COVID-19 li qed jinbiegħu lil persuni biex jivvjaġġaw bil-baħar jew bl-ajru.
Jidher li minħabba li bħalissa biex issiefer trid turi test negattiv tal-Covid-19, l-iffalsifikar tat-testijiet tal-Covid-19 sar popolari ħafna. Dan qed isir billi jiġu emendati ċertifikati antiki kif ukoll ċrieki organizzati li qed ibiegħu dawn iċ-ċertifikati.
Fl-aħħar ġimgħat diversi diġà tressqu l-qorti u nstabu ħatja ta’ iffalsifikar ta’ dokumenti.