Bay Street Bil-Ftuħ Ta’ 12-Il Ħanut Ġdid

 Bay Street Bil-Ftuħ Ta’ 12-Il Ħanut Ġdid

Bay Street qed jilqa’ mill-ġdid lill-pubbliku bil-ftuħ ta’ 12 il-ħanut/ditta ġdida, u t-tisbiħ ta’ wieħed mill-aktar postijiet imfittxijin għax-xiri f’Malta.

Wara l-ftuħ mill-ġdid tal-ħwienet f’Bay Street, il-viżitaturi mhux biss se jkunu jistgħu jqattgħu ħinhom  fl istabbiliment favorit tagħhom, iżda se jkunu qed jibbenefikaw minn diversi ditti u ħwienet ġodda. It-12-il ħanut ġdid huma: Costa, Lindex, Sunlab, Harmont & Blaine, Gant, The Modelshop, Springfield, Swarovski, Urban Bratz, Calliope, Terranova u KIKO.

It-trasformazzjoni ta’ dan l-istabbiliment iżda għadha għaddejja. Infatti, fix-xhur li ġejjin, Bay Street se jara diversi ditti u ħwienet oħrajn jieħdu posthom hemmhekk.

Sat-tmiem tal-2021, dawk li jżuru Bay Street se jkunu jistgħu jsibu dawn id-ditti: Rainforest Cafe, Lucy, Bortex, HEBE, Swatch, Dolce, Exotique, M&S, Original Marines, Missguided, Cioccolatitaliani, Pascucci u Salaad Box; dan apparti milli jkomplu jgawdu mid-ditti u l ħwienet li kien hemm qabel, li huma: Sterling Jewellers, Adidas, Skechers, Accessorize, Travellers, Jennyfer, Tommy Hilfiger, Armani Exchange, McDonald’s, Franks, Aldo, L’Occitane, Cortefiel,  Women’Secret, Guess, Fluid, Planet Hollywood u Multimaxx.

Bil-għan li l-klijent jitpoġġa l ewwel u qabel kollox, Bay Street qed jassigura li kull persuna li żżur l-istabbiliment u tagħmel ix-xiri tagħha minn hemm, tingħata biljett b’xejn għall-parkeġġ. Il-parkeġġ ta’ Bay  Street joffri spazju għal aktar minn 280 karozza. Din il-konvenjenza, flimkien mad-ditti mill-aqwa li sabu posthom f’dan l-istabbiliment, Bay Street qed juri kemm hu post uniku għal Malta.

“L-għan ta’ Bay Street huwa li tinħoloq destinazzjoni li hija konvenjenti u pjaċevoli għal kulħadd. Ix-xogħolijiet li kważi waslu fi tmiemhom iservu xhieda ta’ dan. Flimkien mal-imsieħba kollha tagħna, ninsabu verament sodisfatti bil-prodott li qed noffru. Ninsabu konvinti li l-komunità se tgawdi minn u tapprezza dan l-investiment kbir ta’ Bay Street,” ikkonkluda Galea.

Għal aktar informazzjoni, żur https://www.facebook.com/baystreetmalta/ 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com