Kjarifika: Patri Josef Pace Ma Tneħħiex Minn Kappillan

 Kjarifika: Patri Josef Pace Ma Tneħħiex Minn Kappillan

B’referenza għall-artiklu li deher fis-27 ta’ April 2021, il-Provinċja tal-Patrijiet Franġiskani Konventwali kkomunikat magħna biex tippreċiża dawn il-punti:

• Patri Josef Pace ma tneħħiex minn kappillan iżda rreżenja hu stess mingħajr ma ntalab jagħmel dan. Patri Josef sa jkun assenti mill-kunvent għal ftit żmien ta’ mistrieħ bil-permess tal-superjuri tiegħu.

• Fid-dawl ta’ din ir-riżenja l-provinċja tal-patrijiet rat li jkun għaqli u ta’ ġid għall-parroċċa li jintalab jamministra l-parroċċa l-kappillan tal-parroċċa ta’ Burmarrad P. Christian Anthony Borg minħabba li hija l-aktar parroċċa qrib ta’ San Pawl il-Baħar u li għandu esperjenza ta’ aktar minn ħames snin bħala kappillan.

Nawguraw lil P. Christian Anthony Borg fil-ħidma tiegħu kif ukoll il-mistrieħ it-tajjeb lil P. Josef Pace.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com