Beda L-Proċess Biex Adrian Hillman Jinġieb Malta

 Beda L-Proċess Biex Adrian Hillman Jinġieb Malta

Qed ikun irrappurtat li saret talba lir-Renju Unit sabiex Adrian Hillman ikun estradiet lejn Malta.

Times of Malta qalet li l-awtoritajiet Maltin bagħtu t-talba l-ġimgħa l-oħra, bil-Pulizija Maltija u l-Uffiċċju tal-Prosekutur għadhom qed jistennew risposta.

L-istess gazzetta qalet li l-proċess biex Hillman jinġieb Malta u jaffaċċja akkużi kriminali relatati ma’ ħasil ta’ flus jaf ikun wieħed twil.

Dan għaliex hemm ħafna stadji legali meħtieġa qabel ma l-awtoritajiet tar-Renju Unit jarrestaw u jestradixxu persuna mill-pajjiż fuq talba ta’ pajjiż ieħor.

L-akkużi fil-konfront ta’ Hillman isegwu inkjesta’ maġisterjali fuq ix-xiri multi-miljunarju ta’ magni tal-printing li Progress Press għamlet mingħand il-kumpanija Kasco Ltd għaxar snin ilu.

Ritratt: Chris Sant Fournier / Times of Malta

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com