Atmosfera Ta’ Riflessjoni Permezz Ta’ Mixgħela Fil-Fgura

 Atmosfera Ta’ Riflessjoni Permezz Ta’ Mixgħela Fil-Fgura

Bejn is-19:30 u l-23:30 ta’ llum, il-Kunsill Lokali tal-Fgura flimkien mal-Kummissjoni Festa Esterna se jorganizzaw mixgħela kbira ta’ xemgħat.

Din il-mixgħela tibda minn fuq iz-zuntier tal-Knisja Madonna tal-Karmnu u tibqa’ sejra sa Triq Hompesch.

Takkumpanja l-mixgħela se jkun hemm mużika sagra u elementi oħra marbuta mal-perjodu tal-Ġimgħa Mqaddsa.

Dan kollu se jkun qed isir sabiex fid-dawl li ma hemmx wirjiet u visti organizzati, xorta waħda tinħoloq atmosfera ta’ ġabra u riflessjoni.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com