“Bernard Grech, Inti Tuba?” – Arnold Cassola
![“Bernard Grech, Inti Tuba?” – Arnold Cassola](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2021/04/arnold-bernard-850x560.jpg)
“Bernard Grech, inti tuba?”, kiteb Arnold Cassola fuq il-midja soċjali tiegħu. Kompla jgħid li għalkemm ma jaqbilx ma’ George Hyzler fuq ċerti kwistjonijiet, bħal meta Joseph Muscat uża biljetti tal-ajru b’total ta’ €20,000 u kollox baqa’ għaddej, xorta jemmen li qed jaħdem tajjeb.
Sostna, li tant qed jaħdem tajjeb li Robert Abela qed jipprova jeħles minnu billi jiddiskreditah anke permezz ta’ Glenn Bedingfield u Carmelo Abela.
“U x’jagħmel Bernard Grech? Jipproponi li jitneħħa Hyzler, allura jgħin bis-sħiħ lill-Partit Laburista…”, kompla Cassola.
Isaqsieh x’kienet l-intenzjoni tiegħu u jekk kienx sempliċiment tuba?!