Bħal-Lum L-Ispeaker It-Tabib Daniel Micallef Kien Għamel Stqarrija Storika

Fis-seduta tal-kamra tad-Deputati, l-Ispeaker it-Tabib Daniel Micallef kien għamel stqarrija li fiha ddikjara bħala battala l-postijiet kollha tad-Deputati eletti tal-Partit Nazzjonalista u talab li tkun infurmata l-President tar-Repubblika Agatha Barbara.
Dan biex toħroġ ir-writ għall-elezzjonijiet ġenerali.
Ir-rappreżentanti Nazzjonalisti ma kinux ħadu posthom fil-Parlament wara r-riżultat tal-elezzjoni ġenerali tal-1981, meta l-Partit kiseb il-maġġoranza tal-voti iżda mhux il-maġġoranza tas-siġġijiet.
Meta ssejħu l-elezzjonijiet każwali, ħadd ma kien elett minn żewġ kandidati indipendenti li kkontestawhom.
Dan kollu ġara bħal-lum 26 t’April tal-1982.
Ritratt: Newsbook