Man. Utd Jfallu Milli Jnaqsu D-Distakk Minn Mal-Leaders

 Man. Utd Jfallu Milli Jnaqsu D-Distakk Minn Mal-Leaders

F’Elland Road Leeds United irnexxilhom jżommu lill-Manchester United fid-draw ta’ mingħajr gowls biex ir-red devils fallew milli jnaqsu d-distakk minn Manchester City li jinsabu fil-quċċata tal-klassifika. Għaxar punti huwa d-distakk bejn iż-żewġ timijiet ta’ Manchester bil-kampjonat b’possibiment jiġi deċiż il-ġimgħa dieħla.

F’logħbiet oħra li intlagħbu l-Ħadd wara nofsinhar, Wolves ġew megħluba 4 – 0 minn Burnley f’darhom filwaqt li Aston Villa u West Bromwich Albion ħadu punt kull wieħed fid-draw ta’ 2 – 2. It-Tnejn tintlgħab l-aħħar logħba bejn Leicester City u Crystal Palace fil-21.00.

Sadinitant is-Sibt, Liverpool ġew imċaħda minn rebħa minn Newcastle bil-magpies jiskorjaw il-gowl tad-draw fil-96 minuta. Chelsea u Sheffield United ir-reġistraw rebħiet identiċi ta’ 1 – 0 kontra West Ham u Brighton & Hove rispettivament.

Fl-uniku partita tal-ġimgħa, Arsenal f’darhom ġew megħluba minn Everton 1 – 0.

 

Ritratt: throughitalltogether

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com