Bil-Filmat: Dagħa U Kliem Baxx Ma’ Xufier Li Suppost Qed Jgħallmu Jsuq
![Bil-Filmat: Dagħa U Kliem Baxx Ma’ Xufier Li Suppost Qed Jgħallmu Jsuq](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2021/04/kapp-850x560.jpg)
F’filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali li nġibed minn dash cam jew camera privata, juri li l-persuna (barrani) li qed jitgħallem isuq waqaf f’nofs il-karreġġjati int u sejjer lejn il-Gżira jew inkella direzzjoni lejn Paceville (Kappara Junction).
Ma’ dan l-iżball, il-persuna li qiegħda fil-vettura miegħu, li jidher li huwa l-instructor għaliex jisntema jtieh direzzjoni aktar tard, infexx jitkellem ħażin u jidgħi. F’ħin minnhom isaqsieh ukoll jekk kien Alla li qallu biex jieqaf fin-nofs tat-triq!
Intom x’taħsbu dwar dan?
Ritratt: Attard Bros