“Ser Jiġi Żmien Eċitanti” – Il-Mara Ta’ Ivan Barbara Qabel Marru Biex Jaddottaw Tifla Mill-Indja

 “Ser Jiġi Żmien Eċitanti” – Il-Mara Ta’ Ivan Barbara Qabel Marru Biex Jaddottaw Tifla Mill-Indja

Fl-1 ta’ Frar li għadda f’jum għeluq snin in-Nutar Ivan Barbara, martu Rosanne waqt li awguratlu dak kollu li tixtieq qalbu, kitbitlu wkoll li kienu ser jaslu “bidliet kbar u żminijiet eċitanti!”, dan hekk kif kienu qed jippreparaw biex jitilgħu l-Indja u jaddottaw tifla, xi ħaġa li wara ħafna stennija saret realta’ ftit ġimgħat ilu u fil-fatt marru l-Indja, iżda waqt li kienu hemmhekk, is-sitwazzjoni fl-Indja marret għall-għar u n-Nutar Ivan Barbara spiċċa laqqat il-Covid-19 flimkien ma’ martu.

Sfortunatament il-kundizzjoni ta’ Ivan fl-aħħar jiem marret għall-għar u l-Gvern Malti kien irranġa biex iħallas il-vjaġġ ta’ Ivan Barbara b’Air Ambulance lejn Malta.

Sfortunatament, Ivan, li kellu 47 sena miet qabel it-titjira, eżatt qabel kien ser jittella’ fuq l-ajruplan biex tibda t-titjira minn Delhi dirett għal Malta.

Il-Kopja, li kienu diġa ltaqgħu ma’ binthom kienu fl-aħħar ġimgħa tagħhom fl-Indja qabel  jibdew il-vjaġġ lura lejn Malta li l-koppja ttestjat pożittiv għall-Covid19.

Martu, Rosanne ta’ 42 sena rkuprat iżda l-kundizzjoni ta’ żewġha ħadet daqqa ‘l isfel.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com