Bil-Filmat: Mument Ħelu Mill-Arċisqof: “Ħa Nerġa’ Nibda Għax Ġiet Bl-Għawdxi, Selem”
Waqt il-programm Magħkom fuq NET TV ippreżentat minn Lea Hogg l-Arċisqof ried jgħaddi messaġġ bl-ingliż u flok il-kelma ‘solemn’ ħarġitlu ‘selem’.
L-Arċisqof Scicluna għandu natural ħelu u huwa ċajtier. Min jafu mill-viċin, jaf li jieħu ċajta, anzi jieħu gost u japprezza li nkunu ċajtiera bejnietna fil-ħajja tagħna.
Waqt li kien qed jgħaddi l-messaġġ, “As we prepare for the solemn…” waqaf u qal “Ħa nerġa’ nibda ok? Għax ġiet bl-Għawdxi… selem mhux ‘solemn’ ”
Insellmu lill-Eċċellenza Tiegħu Arċisqof ta’ Malta Charles Jude Scicluna u nirringrazzjawh tal-ħidma kbira pastorali li jwettaq fil-gżejjer tagħna.