Bil-Filmat: Naħseb Fik – L-Aktar Kanzunetta Popolari Mal-Maltin Bħalissa Minn AIDAN

 Bil-Filmat: Naħseb Fik – L-Aktar Kanzunetta Popolari Mal-Maltin Bħalissa Minn AIDAN

Lura għall-festival tal-kanzunetta Maltija Mużika Mużika, fejn il-poplu Malti gawda minn spettaklu enormi ta’ kanzunetti Maltin mill-aqwa artisti lokali. Żgur li baqgħet fuq fomm kulħadd, il-kanzunett Naħseb Fik mill-kantant Aidan li issa għadu kemm nieda l-vidjo uffiċjali tagħha.

Fuq stil modern u rittmu sajfi, Naħseb Fik ippreżentat lill-pubbliku, melodija li tibqa’ tiftakarha u tkanta magħha tant li niżlet tajjeb mal-Maltin u baqgħet tiela’ fil-quċċata ta’ bosta klassifiċi f’pajjiżna, fosthom Apple Music, iTunes, Spotify. Mhux biss, imma wkoll qed tiddomina fuq ir-radjijiet lokali.

Il-vidjo b’togħoma sajfija ġie miġbud f’Marsaskala u x-xeni ta’ taħt l-ilma ġew miġbuda fil-Malta Film Studios. L-istorja turi juri t-traġit ta’ relazzjoni li għadħa qed tinbena, liema vidjo nġibed minn Victor Abela fuq direzzjoni ta’ Gary Bugeja.

B’hekk nistgħu ngħidu, li l-kantant AIDAN irnexxielu jżewweġ l-istil modern u tal-mument, mal-lirika Maltija, b’ħoss ta’ produzzjoni fuq livell internazzjonali.

Awguri AIDAN.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com