Bil-Filmat: “Stajt Napprezza L-Entużjażmu Fost In-Negozji” – Dr. Lydia Abela
![Bil-Filmat: “Stajt Napprezza L-Entużjażmu Fost In-Negozji” – Dr. Lydia Abela](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2021/04/WhatsApp-Image-2021-04-29-at-19.24.04-e1619717135838-850x560.jpeg)
Mart il-Prim Ministru, Dr. Lydia Abela llum żaret bosta negozji u komunitajiet kummerċjali fit-toroq tal-Kapitali Maltija.
“Filwaqt li kelli ċ-ċans nisma’ aktar dak li qegħdin iħossu s-sidien tal-ħwienet u l-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol, stajt napprezza l-entużjażmu, ir-rieda u d-determinazzjoni fost in-negozji kollha għaż-żmien li ġej”, tenniet Dr. Abela.
Saħqet li sentiment komuni fosthom kien, is-sens ta’ gratitudni lejn ħidmet il-Gvern sabiex jiġu salvati l-impjiegi matul dan iż-żmien ta’ pandemija.
![](https://www.stradarjali.com/wp-content/uploads/2021/04/WhatsApp-Image-2021-04-29-at-19.30.07.jpeg)