Bil-Filmat: Tnieda L-Filmat Mużikali Tal-Kanzunetta ‘Lil Binti’

 Bil-Filmat: Tnieda L-Filmat Mużikali Tal-Kanzunetta ‘Lil Binti’

Tnieda l-filmat mużikali tal-kanzunetta Lil Binti, li pparteċipat fl-edizzjoni ta’ dis-sena ta’ Mużika Mużika.

Mark Spiteri Lucas kiteb kemm il-kliem u kif ukoll il-mużika, u daħlet fil-Klassifika tal-Aqwa 20 f’Malta u ndaqqet aktar minn 3,000 darba fuq Spotify, u ntweriet aktar minn 6,000 darba fuq YouTube.

Din il-kanzunetta wasslet lil Spiteri Lucas biex jirritorna fix-xena tal-mużika lokali bħala kantawtur, u għaldaqstant xtaq li jibda billi jkompli jagħti l-ħajja lil-kanzunetta permezz ta’ filmat mużikali.

Huwa qal li kien ta’ pjaċir kbir għalih li jħalli saħansitra memorja viżiva lil bintu Greta, biex fil-futur, hija tiftakar fil-ħin kollu li qattgħu flimkien.

Sostna wkoll li dil-kanzunetta kienet l-imbuttatura li kellu bżonn biex jaqsam aktar materjal oriġinali fix-xhur li ġejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com