Covid-19 : Illum 13-Il Każ Biss Pożittiv; L-Inqas Numru Mill-31 Ta’ Lulju Li Għadda

 Covid-19 : Illum 13-Il Każ Biss Pożittiv; L-Inqas Numru Mill-31 Ta’ Lulju Li Għadda

Illum kienu reġistrati biss 13-il każ pożittiv ta’ Covid-19, waqt li fiequ 62 persuna. Dan hu l-inqas numru mill-31 ta’ Lulju li għadda meta minn dakinhar ‘l quddiem in-numri ta’ każijiet pożittivi dejjem kien għola minn 13.

B’hekk il-każijiet attivi issa niżlu għal 563.

Sfortunatament fl-aħħar 24 siegħa mietu żewġ persuni oħra, żewġt’irġiel ta’ 57 u 81 sena rispettivament biex it-total tal-mejta issa laħaq l-411.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com