Dealer Tal-Karozzi Akkużat Li Darab Serjament Raġel Ieħor B’Sikkina Fil-Marsa

 Dealer Tal-Karozzi Akkużat Li Darab Serjament Raġel Ieħor B’Sikkina Fil-Marsa

Marlon Zarb ta’ 32 sena nżamm arrestat wara li ċaħad li nhar it-Tnejn li għadda darab lil Brad Lee Carabott fil-Marsa, bil-konsegwenza li dan tal-aħħar ġarrab ġrieħi serji.

Zarb, minn San Pawl il-Baħar u li huwa dealer tal-karozzi, kien mixli wkoll li kellu fuqu arma li taqta’ u bil-ponta mingħajr il-liċenzja meħtieġa, li huwa riċediv, u li wettaq reat waqt perjodu ta’ sentenza sospiża li kienet ingħatatlu fl-2019.

Fil-Qorti ntqal li l-Pulizija fittxet lill-akkużat fl-indirizz li hemm imniżżel fuq il-karta tal-identità tiegħu, f’San Pawl il-Baħar, iżda l-għada tal-każ, l-akkużat mar minn jheddu l-għassa tal-Pulizija.

L-akkużat ipprovda indirizz f’Bormla fejn skont hu bħalissa qed jgħix mas-sieħba tiegħu u ma’ wliedu.

Il-Prosekuzzjoni qalet li l-vittma nħareġ mill-isptar u għadu jrid jixhed fil-każ. Il-Qorti ordnat ukoll li l-akkużat jiġi eżaminat minn espert mediku minħabba ġrieħi li ġarrab.

Il-Qorti ordnat ukoll li tinħareġ ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-vittma.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com