FILMAT: Tinstabat Mal-Art Waqt Konferenza Tal-Aħbarijiet Dwar Il-Vaċċin

 FILMAT: Tinstabat Mal-Art Waqt Konferenza Tal-Aħbarijiet Dwar Il-Vaċċin

Uffiċjal tas-Saħħa Daniża ta ħass ħażin waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha d-Danimarka ħabbret li se tkun l-ewwel pajjiż li twaqqaf għalkollox l-użu tat-tilqima għal kontra l-Covid-19 tal-AstraZeneca.

Il-kap tad-Diviżjoni fl-Aġenzija tal-Mediċini Daniża, Tanja Erichsen, waqgħet mal-art waqt li l-kap tal-Awtorità tas-Saħħa Daniża Soren Brostrom kien qed jitkellem.

Brostrom mar mill-ewwel sabiex jgħinha u immedjatament wara waqqfet ix-xandira diretta. Ix-xandira kompliet ftit tal-ħin wara u  Erichsen ittieħdet l-isptar għal osservazzjoni.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com