“Eċitament Kbir” – Bjorn Jidħol Għall-Ewwel Darba F’Dar Bjorn Il-Ġdida
Bjorn Formosa illum daħala għall-ewwel darba f’dar Bjorn il-ġdida li qed tinbena f’Ħaż-Żebbuġ.
Bjorn kiteb li ħass e”ċitament kbir!” hekk kif daħal fid-dar li bħalissa hija sit ta’ kostruzzjoni grazzi għall-ħaddiema li għamlulu rampa biex ikun jista’ jidħol fil-binja.
Hu rringrazzja lill-ħaddiema kollha li qed jaħdmu bla waqfien biex din il-ħolma ssir realta’.