Aġġornata: L-Arma Tal-PN Fost “Id-Deċiżjonijiet Iebsa” Ta’ Bernard Grech? Il-PN Jiċħad

 Aġġornata: L-Arma Tal-PN Fost “Id-Deċiżjonijiet Iebsa” Ta’ Bernard Grech? Il-PN Jiċħad

Wara d-dikjarazzjoni li għamel ilbieraħ il-Kap tal-Oppożizzjoni u Kap tal-PN Bernard Grech, li “wasal iż-żmien li jittieħdu d-deċiżjonijiet iebsa u mhux popolari” , diversi sorsi fi ħdan il-Partit Nazzjonalista qed jgħidu li fost id-deċiżjonijiet hemm dik li tinbidel l-arma tal-Partit Nazzjonalista waqt li l-isem jibqa’ l-istess.

Madanakollu, kelliem għall-Partit Nazzjonalista ċaħad kategorikament ma’ Strada Rjali li t-tibdil tal-arma tal-Partit se tkun waħda mill-bidliet.

Fix-xhur li għaddew kien hemm diversi suġġerimenti biex anke l-isem tal-Partit Nazzjonalista jinbidel, fost oħrajn mill-eks Ministru Louis Galea, iżda jidher li d-deċiżjoni hi li waqt l-isem jibqa’ l-istess, tinbidel l-arma tal-Partit. Naturalment deċiżjoni bħal din trid tgħaddi minn vot fl-istrutturi tal-PN.

Fl-2010 il-Partit Laburista mmexxi minn Joseph Muscat kien bidel l-arma tal-Partit Laburista wara li nieda kompetizzjoni għad-disinn.

Fost id-deċiżjonijiet iebsa ta’ Bernard Grech qed jissemmew ukoll bidliet interni u fl-irwoli tal-Partit u l-midja tal-Partit, kif ukoll aktar bidliet fl-istrutturi. Mistennija wkoll diversi deċiżjonijiet fuq pożizzjonijiet differenti, bħal-legalizazzjoni mal-kannabis, l-ewtanasja u diversi suġġetti oħra.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com