Filmat Li Juri Pass Pass X’Għandek Tagħmel Biex Tirreġistra Għall-Vaċċin Tal-COVID-19
Aktar kmieni illum, waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li minn issa ‘l quddiem dawk kollha li għandhom 50 sena jew aktar u li għadhom ma rċievewx it-tilqima kontra l-COVID-19, jistgħu jirreġistraw għal din it-tilqima onlajn.
Wieħed għandu jidħol fit-sit www.vaċċin.gov.mt u jimla’ d-dettalji kollha meħtieġa. Imbagħad ser jirċievi SMS li jkun jinkludi numru ta’ verifika li wieħed għandu jdaħħal fis-sit sabiex jivverfika l-identità tiegħu. Il-pass li jmiss ikun li wieħed jivverfika d-dettalji personali li jkunu qed jidhru fuq l-iscreen, jew jimmodifika kif meħtieġ.
Waqt il-proċess ta’ reġistrazzjoni wieħed jista’ jagħżel jekk jixtieqx jirċievi l-vaċċin f’Malta jew f’Għawdex u anki l-ħin ippreferut.
Segwi l-filmat t’hawn taħt biex tara’ pass pass kif għandu jsir il-proċess tar-reġistrazzjoni: