Ħabta Bejn Vettura U Mutur – Is-Sewwieq Tal-Mutur L-Isptar

 Ħabta Bejn Vettura U Mutur – Is-Sewwieq Tal-Mutur L-Isptar

Pollakk ta’ 40 sena residenti San Ġwann, għal xi s-sagħtejn u nofs ta’ waranofsinhar, kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Sant’Andrija, fis-Swieqi.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Volkswagen Polo, misjuqa minn raġel ta’ 33 sena residenti n-Naxxar, u mutur Benelli, misjuq mill-vittma.

Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com