Ħamrun Spartans Champions Għat-Tmien Darba

 Ħamrun Spartans Champions Għat-Tmien Darba

Issa uffiċjali, Ħamrun Spartans dikjarati Champions talFutbol Malti għall-istaġun 2020/2021.

Dan wara li l-Kumitat Eżekuttiv tal-Malta Football Association, anke fid-dawl li l-Legal Notice għas-sospensjoni tal-isport ma’ ġietx irtirata mill-Awtoritajiet tas-Saħħa fl-aħħar miżuri mħabbra aktar kmieni din il-ġimgħa, l-istess Kumitat Eżekuttuv qabel mal-proposta li l-Kampjonat BOV Premier jiġi tterminat u abażi li kull tim kien jonqsu anqas minn 25% tal-logħob għat-tmiem, skont ir-regolament, il-klassifika meta ġie sospiż il-Kampjonat fl-10 ta’ Marzu li għadda tgħodd bħala dik finali u huwa għalhekk li Ħamrun Spartans ġew dikjarati Champions.

Żejtun Corinthians, Tarxien Rainbows, Lija Athletic u Senglea Athletic uffiċjalment relegati għaċ-Challenge League l-istaġun li ġej.

Il-komposizzjoni tal-kampjonati għall-istaġun li ġej, 2021/2022 se jiġu diskussi u fformulati f’laqgħa oħra tal-Kumitat Eżekuttiv tal-MFA kmieni l-ġimgħa d-dieħla.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com