Heater Tal-Gass Jikkawża Nirien F’Dar F’Birkirkara

Għall-ħabta tal-4.30 p.m. il-Pulizija kienet infurmata li kien hemm nar qawwi f’residenza fi triq is-Sajjied f’Birkirkara. Jirriżulta li n-nar beda minn heater tal-gass.
Fuq il-post issejħu Pulizija kif ukoll membri tal-Protezzjoni Ċivili u ambulanza. Xi ġirien laħqu tfew in-nirien.
Fortunatament l-anzjan li jgħix fir-residenza ħareġ waħdu u ma sofra l-ebda ġrieħi.