Id-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina Interrogat Mill-Pulizija
Id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina ġie msejjaħ biex ikun interrogat mill-Pulizija tat-Taqsima tar-Reati Ekonomiċi fil-Ħamrun. Dan hekk kif se jibdew proċeduri kontrih.
Bezzina huwa mifhum li se jkun qed jaffaċċja proċeduri b’rabta ma’ tibjid ta’ kamra tal-bejt fil-każin tal-Partit Nazzjonalista taż-Żurrieq lura fl-2012.
Dan ix-xogħol imsemmi sar minn materjal li pprovda Bezzina, u dam għaddej għal tlett ijiem.