Mill-Bidu Tal-Pandemija Ngħataw 90 Multa U Twaqqfu Joperaw 4 Stabbilimenti Tal-Ikel – MTA

 Mill-Bidu Tal-Pandemija Ngħataw 90 Multa U Twaqqfu Joperaw 4 Stabbilimenti Tal-Ikel – MTA

Wara li t-tim ta’ Staradrjali.com għamel komunikazzjoni mal-Awtorità Maltija tat-Turżimu, l-informazzjoni li għaddietilna uriet li b’ kolllox ingħataw 90 multa, filwaqt li 4 stabbilimenti tal-ikel, illi nstabu li m’humiex josservaw l-Avviżi Legali konċernati li ġew ippublikati f’ din l-aħħar sena bħala miżuri għall-kontra l-pandemija, twaqqfu milli joperaw għal perjodu ta’ żmien definit.

10 kienu mogħtija fl-ewwel perjodu tal-pandemija bejn Marzu u Mejju 2020 għax instabu joffru servizzi aktar minn dak ta’ take-away jew delivery.

Il-kumplament, saru minn Ġunju tas-sena li għaddiet u prinċiparjament l-azzjoni ttieħdet għall-nuqqas ta’ osservanza tal-istandards mandatorji hekk kif stipulat mis-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika wara li l-istabbilimenti tal-ikel reġgħu nfetħu.

S’ issa 17 il-multa ġew imħallsa mingħajr ma ġew appellati. Filwaqt li, mill-appelli, s’issa, sebgħa ġew misjuba ħatja u wieħed instab mhux ħati.

Ritratt: 5280

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com