Ikomplu Jonqsu L-Każijiet Attivi… Joqorbu L-200,000 Għotja Tal-Vaċċin

Fuq il-paġna ta’ Saħħa tħabbar li llum nstabu 52 każ ġdid ta’ persuni bil-Covid-19 filwaqt li fiequ 146 persuna oħra. Issa, l-ammont totali ta’ każijiet attivi huwa ta’ 740 każ.
Sal-bieraħ ingħataw 197,383 doża tal-vaċċin filwaqt li minnhom, 54,578 diġà ngħataw it-tieni tilqima.
Fl-aħħar 24 siegħa mietu wkoll żewġ persuni oħra; raġel ta’ 69 sena u raġel ta’ 71 sena fl-Isptar Mater Dei.
Inkompli nirsistu lkoll flimkien ħalli naraw in-numri jitbaxxew iżjed. Niftakru, li apparti l-ħajja tagħna, hemm is-saħħa mentali wkoll li din is-sena, kellha stress qawwi fuqha. Kuraġġ!