Jinqabad Ftit Wara Li Wettaq Serqa

 Jinqabad Ftit Wara Li Wettaq Serqa

Raġel ta’ 19-il sena inqabad ftit tal-ħin wara li għamel serqa f’ħanut f’Ħal Qormi.

Il-każ seħħ l-Erbgħa filgħaxija f’ħanut tal-ikel fi Triq San Bartolomew.

Armat b’sikkina, il-ħalliel ordna li jieħu l-flus lill-persuna ta’ 34 sena li dak il-ħin kienet qed tieħu ħsieb it-tmexxija tal-ħanut.

Huwa telaq jiġri bil-flus, iżda inqabad ftit tal-ħin wara f’dar f’Tas-Sliema.

Fis-sigħat li ġejjin mistenni jitressaq il-Qorti.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com