Il-Faċilità Tat-Tindif Tat-Tankijiet Se Tiċċaqlaq Mir-Rinella
Waslet il-konferma li partijiet mill-faċilità għat-tindif tat-tankijiet li hemm f’Forti Rikażli se jimxu f’sit fil-Marsa.
Dan kien ikkonfermat mill-Ministru Ian Borg waqt kumitat parlamentari, fejn qal li l-kumpanija li tmexxi l-operat tal-faċilità se tieħu f’idejha t-tmexxija tas-sit il-ġdid fil-Marsa u anke tal-impjegati.
Il-faċilità f’Rikażli hija kruċjali għat-tindif ta’ tankers taż-żejt qabel ma’ dawn jidħlu fil-baċir.
Għal diversi snin, ir-residenti tal-madwar ilmentaw fuq l-emmissjonijiet tal-faċilità u anke minn fuq irwejjaħ mhux pjaċevoli.
Ritratt: One News