Sorsi fil-UEFA – Chelsea, Man City u Real Madrid Għandhom Jitkeċċew Miċ-Champions League.. PSG Champions Fuq Il-Mejda

 Sorsi fil-UEFA – Chelsea, Man City u Real Madrid Għandhom Jitkeċċew Miċ-Champions League.. PSG Champions Fuq Il-Mejda
Rapporti li ħerġin illejla b’rabta mal-aħbar tal-ġurnata u l-introduzzjoni tas-Super League jindikaw aktar theddid mill-UEFA għal kollox qed tħossha telliefa f’din il-kwistjoni kollha minkejja li hija entita enormi, sorsi fi ħdanha jindikaw li saħansitra Chelsea, Manchester City u Real Madrid (tlieta mil-klabbs ribelli), jistgħu jew għandhom fil-jiem li ġejjin jitkeċċew mill-edizzjoni ta’ dan l-istaġun tal-UEFA Champions League.
Kompetizzjoni li waslet fl-eqqel tagħha bis-semifinali li suppost iridu jibdew mill-ġimgħa d-dieħla, tlieta mill-erba’ timijiet li fadal mhedda li jitqaċċtu ‘l barra minufih, jifdal biss Paris St. Germain, li allura f’terminu użat ħafna fl-aħħar xhur hawn Malta wara l-miżuri tal-Awtoritajiet tas-Saħħa, fuq il-mejda jkunu l-Franċiżi Paris St. Germain li jiġu nkurunati bħala Champions tal-Ewropa għal dan l-istaġun.
Żvela dan l-uffiċjal tal-UEFA, d-Daniż Jesper Moller, li b’kunfidenza stqarr li qed jippretendi li t-tliet timijiet imsemmija u li għadhom fis-semifinali tal-UCL dan l-istaġun jitkeċċew minnufih u sal-aħħar ta’ din il-ġimgħa li għadha kemm bdiet, dan wara li ħabbru l-parteċipazzjoni tagħhom u bħala fundaturi tas-Super League li minn x’ħin ħarġet l-aħbar, qajjem kontroversji kbar.
 
Moller stqarr, “Chelsea, City u Real iridu jtiru minnufiħ, nippretendi li sa nhar il-ġimgħa jkunu telqu”.
 
Moller li huwa ekwivalenti għall-President tal-Malta FA fid-Danimarka żvela li fil-jiem li ġejjin se jkun hemm laqgħa straordinarja tal-Kumitat Eżekutiv tal-UEFA biex jittieħdu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn u li għandhom iwasslu biex fuq il-mejda, Paris St. Germain jiġu dikjarati bħala Champions de-facto tal-kompetizzjoni dan l-istaġun u minkejja li l-Franċiżi ukoll qed juru nteress f’din il-kompetizzjoni l-ġdida, madankollu mhumiex wieħed mill-klabbs fundaturi.
 
L-istess destin japplika fil-UEFA Europa League, b’Manchester United u Arsenal fost il-fundaturi tas-Super League, qiegħdin fis-semifinali ta’ din il-kompetizzjoni, allura jitkeċċew biex iħallu lil Roma u Villarreal jissieltu bejniethom fil-finali tal-UEFA Europa League, li din is-sena ser tiġi ospitata fi Stadion Miejski fil-belt Pollakka ta’ Gdańsk.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com