Il-Ġurnalist Tal-Isport Antvin Monseigneur Jippreżenta €1,000 Biex Luca Jieħu L-Kura kontra L-Kanċer

 Il-Ġurnalist Tal-Isport Antvin Monseigneur Jippreżenta €1,000 Biex Luca Jieħu L-Kura kontra L-Kanċer

Il-Ġurnalist tal-isport u membru tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Antvin Monseigneur ippreżenta donazzjoni ta’ €1,000 lill-player ta’ Marsa FC Patrick Maia. Dan tħabbar fuq il-paġna tal-Malta Sports Journalists Association

Patric Maia beda kampanja biex jinġrabu fondi biex ibnu Luca ta’ sena u 8 xhur jingħata l-kura li għandu bżonn kontra l-marda tal-kanċer; kemm f’pajjiżna u anke barra minn Malta.

Monseigneur poġġa diversi oġġetti bħal memorabilia sportiva għall-irkant fosthom flokkijket tat-team nazzjonali Taljan iffirmati. Xi ħbieb personali tal-ġurnalist sportiv ukoll għinu f’din l-inizjattiva.

Monseigneur tenna li se jibqa’ għaddej bil-ġbir bil-għan li jinġabru aktar fondi fejn qed jintlaqgħu offerti għall-mini moto replica tal-mutur ta’ Valentino Rossi, beritta iffirmata mill-istess leġġenda u flokk tat-team nazzjonali Taljan iffirmat minn Pirlo u Buffon. Il-flokk iffirmat minn Eder ġie assenjat.

Antvin Monseigneur appella lill-Maltin biex  ikunu ġeneruzi u ħeġġeġ lil dawk li jixtiequ jagħmlu donazzjoni biex jikkuntatjaw lill-Għaqda Ġurnalisti Sports jew lilu direttament.

Prosit tal-ġest tiegħek Antvin.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com