Il-Kunsill Lokali Ħamruniż B’Inizjattiva Favur L-Ambjent – Iqassam ‘Waist Bag’ u ‘Bamboo Straw’

 Il-Kunsill Lokali Ħamruniż B’Inizjattiva Favur L-Ambjent – Iqassam ‘Waist Bag’ u ‘Bamboo Straw’

Il-Kunsill Lokali Hamrun fi stqarrija qal li qed iqassam waist bag u bamboo straw lill-istudenti tal-iskejjel primarji tal-gvern fil-Ħamrun. Dan bħala parti minn promozzjoni li qiegħed jagħmel il-Kunsill favur is-saħħa tal-bniedem, il-lokal kif ukoll l-ambjent. 

Is-Sindku Christian Sammut qal li l-waist bag qed jitqassam bil-ħsieb biex it-tfal ikunu jistgħu jagħmlu l-maskra kif ukoll oġġetti oħra bħal ‘hand sanitizer; speċjalment waqt il-ħin tal-mistrieħ tagħhom. Il-Kunsill Lokali Ħamrun qiegħed jgħin biex jitnaqqsu l-istraws tal-plastik u għalhekk qed iqassam ukoll bamboo straws li jistgħu jibqgħu jintużaw u ma jżommux ċerti mikrobi magħhom. 

Il-Kunsill qed jaħdem mill-viċin mal-iskejjel fil-Ħamrun biex ikompli jqajjem kuxjenza favur il-lokal u l-ambjent. Huwa ta’ sodisfazzjon li kemm l-istudenti u anke l-għalliema laqgħu din l-inizjattiva. 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com