Il-Kantanta Destiny Tissejjaħ ‘Prodigy’ Mill-Midja Internazzjonali

 Il-Kantanta Destiny Tissejjaħ ‘Prodigy’ Mill-Midja Internazzjonali

Dan l-aħħar kienu bosta l-artikli mill-midja internazzjonali speċjalment dawk relatati mal-Eurovision Song Contest, li faħħru lill-kantanta Maltija Destiny għall-kapaċitajiet eċċezzjonali li għandha fil-vuċi.

Pinknews.com, f’artiklu li ttella’ jumejn ilu, saħaq li Destiny mistennija tirbaħ il-Eurovision ta’ din is-sena.

Elenka l-mod ta’ kif kibret pass wara l-ieħor fil-karriera spettakolari tagħha fejn fakkar, li lura fl-2015, Destiny rebħet il-Junior Eurovision Song Contest b’numru ta’ punteġġ li kiser ir-rekord; dak ta’ 185 punt.

Stradarjali.com tkompli tawgura lil Destiny biex twettaq il-ħolma tagħha u ta’ pajjiżna.

Jekk trid tara l-artiklu minn pinknews, li faħħar ukoll lil pajjiżna f’dawk li huma drittijiet tal-komunità LGBTIQ, agħfas hawn: https://www.pinknews.co.uk/2021/04/23/malta-eurovision-song-contest/

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com