Min qed jgħidu li se jirbaħ il-Eurovision? Araw minn hawn!

 Min qed jgħidu li se jirbaħ il-Eurovision? Araw minn hawn!

Fil-ġimgħat ta’ qabel il-Eurovision, u b’aktar intensità din il-ġimgħa, huma diversi dawk is-siti web li jippruvaw jaqtgħu min hu r-rebbieħ tal-festival Ewropew tant mistenni.

Skond il-klassifika ta’ Bookmakers ippubblikata fuq is-sit Eurovisionworld il-kanzunetta rebbieħa tal-Eurovision għal din is-sena hija dik tal-Kroazja: Rim Tim Tagi Dim:

Fit-tieni post, il-klassifika tpoġġi lill-Iżvizzera bil-kanzunetta The Code.

Filwaqt li fit-tielet post, tpoġġi lill-Ukrajna bil-kanzunetta Teresa & Maria.

Intant, fir-raba post, hemm l-Italja bil-kanzunetta La Noia

Min-naħa l-oħra, lil Malta tpoġġiha propju fl-aħħar nett tal-klassifika!

Iżda fuq Youtube, l-istorja hija kemmxejn differenti…

Jekk wieħed ikollu jipprova jaqta’ min se jirbaħ il-festival Ewropew billi jħares lejn il-kanzunetti li nstemgħu l-aktar fuq il-kanal ta’ YouTube tal-Eurovision, il-klassifika tal-ewwel tlieta tinbidel b’dan il-mod:

Fl-ewwel post, il-kanzunetta tal-Olanda bl-isem ta’ Europapa li nstemgħet kważi 23 miljun darba.

Fit-tieni post, l-Ukrajna bil-kanzunetta Teresa & Maria u l-Iżrael bil-kanzunetta Hurricane li t-tnejn li huma ndaqqu għal 5.3 miljun darba.

Fit-tielet post, il-kanzunetta Jako tal-Armenia u Zari tal-Greċja. It-tnejn li huma nstemgħu 4.2 miljun darba fuq YouTube.

Fir-raba post, il-kanzunetta The Code tal-Iżvizzera, li ndaqqet 4 miljun darba fuq YouTube.

Intant, il-kanzunetta ta’ Malta fuq YouTube indaqqet kważi 700,000 darba.

Intom min taħsbu li se jirbaħ? Għidulna fil-kummenti!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com