Il-Koħħu U l-Aħwa Degiorgio Ilhom Jafu Lil Xulxin Għal 40 Sena

 Il-Koħħu U l-Aħwa Degiorgio Ilhom Jafu Lil Xulxin Għal 40 Sena

Fil-kontro-eżami ta’ Vince Muscat, il-Koħħu, illum fil-qorti, huwa qal li kien ilu jaf lill-aħwa George u Alfred Degiorgio għal 40 sena u tenna li kien u għadu jibża’ minnhom.

Vince Muscat tenna wkoll li lil Melvin Theuma kien ilu jafu żmien, fejn kellu konoxxenzi miegħu minn affarijiet illegali bħal logħob fuq l-idejn.

Il-Koħħu qal li kien qallu l-Fulu, li l-middleman fil-qtil ta’ Caruana Galizia kien nieżel fit-tinda tal-patata u sab lil Darren Debono magħruf bħala t-Topo. Melvin Theuma kien qal li għandu biċċa xogħol kbira.

Peress li Theuma kien jinżel spiss fit-tinda tal-patata, Alfred Degiorgio kien xtralu mobile biex jevita li jinżel hemmhekk.

Muscat qal ukoll li wassal lil Alfred Degiorgio f’ ħanut tal-kafè fl-Imsida, għal ħames darbiet; tnejn minnhom ikunu fis-sajf tal-2017 fejn tal-aħħar qallu li l-flus qegħdin f’idejh.

Il-Koħħu ċahad li kellu x’jaqsam mal-ewwel pjan tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Intqal li darba minnhom, Alfred Degiorgio talab lil Koħħu biex itieh xi flus lura għax l-affarijiet kienu qed jieħdu fit-tul.

Il-Koħħu tenna li Alfred Degiorgio kien talbu wkoll parir biex ikellmu lil Chris Cardona u hu kien qabel li jkellmuh iżda tenna wkoll li hu qatt ma tkellem ma’ Cardona dwar pjan ta’ qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com