L-Inqas Ċifra Ta’ Każi F’Jum Minn Settembru Lil Hawn

 L-Inqas Ċifra Ta’ Każi F’Jum Minn Settembru Lil Hawn

Illum tħabbar li nstabu 27 każ ġdid ta’ persuni nfettati bil-Covid-19 filwaqt li fiequ 30 persuna. L-ammont totali ta’ persuni bil-Covid-19 huwa ta’ 583 każ.

Sal-bieraħ, ingħataw 264,658 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 filwaqt li minnhom, 80,671 ngħataw it-tieni doża.

Sfortunatament, fl-aħħar 24 siegħa mietu żewġt irġiel, it-tnejn ta’ 67 sena waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19, fl-Isptar Mater Dei.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com