Il-Kunsill Lokali Tal-Marsa Jgħid Li Ma Kienx Ikkonsultat

 Il-Kunsill Lokali Tal-Marsa Jgħid Li Ma Kienx Ikkonsultat

Fi stqarrija mill-Kunsill Lokali tal-Marsa, intqal li l-kunsill sar jaf dwar it-trasferiment tar-Ricasoli Oil Facility lejn il-Marsa mill-midja u qatt ma kien ikkonsultat.

Tennew li wara li saru diversi laqgħat matul il-ġimgħa li għaddiet, f’laqgħa urġenti li saret il-Ħamis 22 ta’ April 2021, il-Kunsill Lokali tal-Marsa f’diskussjoni, qabel unanimament li jibqa’ joġġezzjona bil-qawwa kontra t-trasferiment tal-operat tar-Ricasoli Oil Facility lejn il-Marsa, minkejja li kien hemm il-qbil bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni.

“Għalhekk il-Kunsill lest ikompli jisma’ u jressaq il-proposti tiegħu kif indikati fil-Programm Elettorali tal-Kunsill, fl-aqwa nteress tar-residenti u l-ħaddiema li jaħdmu fil-viċinanzi u tal-lokal kollu tal-Marsa li aħna nirrappreżentaw.”

Din l-istqarrija kienet iffirmata minn: Josef Azzopardi – Sindku Joseph Scerri – Viċi Sindku Francis Debono – Kunsillier Colin Pace – Kunsillier Dominic Spencer – Kunsillier Charmaine Aquilina – Kunsillier Joseph Lia – Kunsillier

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com